L-Ukreni u r-Russi bħalissa jinsabu madwar mejda, din hija t-tielet darba li qed jiltaqgħu.
Din id-darba qed ikomplu jiddiskutu dwar possibilment li jitħallew żoni biex jgħaddu minnhom l-Ukreni li jridu jsibu refuġju f’pajjżi oħra.
Intant, fl-aħħar tnax-il jum, l-attakki mir-Russja fuq l-Ukrajna qerdu mal-202 skejjel u 34 sptar, dan filwaqt li intlaqtu 1,500 binja residenzjali li ħallew diversi persuni mingħajr provvista tal-elettriku.
Ħabbar dan konsulent għall-President Ukren li ddeskriva lis-suldati Russi bħala barabari għas-seklu 21.