L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permess tar-riġenerazzjoni ta’ Bugibba li se ssir b’investiment ta’ €1.4 miljun.
Dan tħabbar mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.
Bħala parti mill-proġett se tinqala’ mill-ġdid il-Pjazza ta’ Bugibba fejn se jinbidel il-pavimentar u jiżdiedu b’mod drastiku s-siġar f’din iż-żona.
L-investiment se jkun qed jifforma l-bażi tar-riġenerazzjoni għall-kumplament ta’ San Pawl il-Baħar, Bugibba, il-Qawra u x-Xemxija.
Intant, l-aħħar xogħlijiet li saru f’din iż-żona kien bejn l-1996 u l-1998 meta dak iż-żmien kienet riġenarazzjoni tax-xatt ta’ Buġibba.