Il-Kummissjoni Elettorali rċeviet 304 nominazzjoni ta’ kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta’ Marzu li ġej.
B’kollox għal din l-elezzjoni se jikkontestaw seba’ partiti politiċi flimkien ma’ seba’ kandidati indipendenti.
F’isem il-Partit Laburista hemm 122 nominazzjoni filwaqt li f’isem il-Partit Nazzjonalista hemm 108 nominazzjoni. It-tmien u l-għaxar distrett għandhom l-akbar ammont ta’ kandidati; b’total ta’ 28 kandidat ‘l wieħed.
L-anqas ammont ta’ kandidati huwa fit-tlettax il-distrett elettorali b’total ta’ 17-il nominazzjoni.
In-nominazzjonijiet fetħu nhar l-Erbgħa li għaddew u għalqu l-Ħadd filgħaxija. F’dan l-istadju l-Kummissjoni Elettorali tiskata proċess sabiex jiġu verifikati dawn in-nominazzjonijiet u b’hekk tkun tista’ tibda tiġi stampata l-polza tal-vot.