Aktar minn miljun Ukren sabu refuġju fil-Polonja fl-aħħar 12-il jum mill-invażjoni Russa fl-Ukrajna.
Ilbieraħ biss qasmu mal-142,000 Ukren mill-fruntiera bejn l-Ukrajna u l-Polonja, filwaqt li dalgħodu il-Gwarda tal-Fruntiera bejn iż-żewġ pajjiżi ħabbret fuq Twitter li hemm mat-42,000 persuna oħra li qed ifittxu refuġju fil-Polonja.
Intant, kelliem għall-President Ukren Volodymyr Zelensky akkuża lir-Russja li qed ixekkel l-evakwazzjoni mill-Ukrajna.
L-Ukrajna qalet li r-Russja qed tippermetti lill-Ukreni biex jaħarbu lejn il-Belarus u r-Russja biss. Fil-fatt, il-kelliem għal Zelensky sejjaħ dan bħala immorali, huwa qal ukoll li dan hu biss tentattiv biex tinħoloq stampa pożittiva fil-midja.
Ara wkoll: Jitwaqqaf il-ġlied sakemm tidħol l-għajnuna umanitarja fl-Ukrajna