It-team nazzjonali malti tal-waterpolo tan-nisa temm l-impenji tiegħu fi Grupp C ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat ewropew b’telfa ta’ 19-6 kontra Iżrael. Filwaqt li l-maltin tilfu l-logħob kollu tagħhom f’dan il-grupp, Izrael rebħu it-tlett loghbiet li lagħbu biex rebħu l-istess grupp.
Il-logħba kienet bla storja bl-avversarji jirbħu s-sessjonijiet kollha rispettivament 3-0, 5-3, 6-2 u 5-1. Il-gowls tal-maltin waslu minn Denise Micallef li skorjat tlett gowls u dopjetta ta’ Kaia Agius. Min-naħa tagħha Kendra Navarro skorjat gowl wieħed.
F’logħba oħra mill-istess grupp Franza għelbu lil Portugal bl-iskor ta’ 12-7.