Il-Ħadd filgħodu l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista flimkien mal-kandidati tal-Partit Laburista, bdew il-ġurnata tagħhom fost in-nies fir-Rabat.
Huma ntlaqgħu ferm tajjeb mir-Rabtin, li laqgħu ukoll il-messaġġ li kellu l-Partit Laburista, dak ta’ Malta Flimkien.
In-nies tal-lokalità tkellmu b’entużjażmu mad-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament Chris Fearne, mal-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard u l-kandidati Laburisti fost oħrajn.
Ir-Rabtin tkellmu dwar il-proposti tal-Partit Laburista, fosthom dik ta’ aktar żidiet lill-pensjonanti tul is-snin li ġejjin, jekk il-Partit Laburista jerġa’ jingħata l-fiduċja. Huma rringrazzjaw ukoll lill-amministrazzjoni u kandidati tal-Partit Laburista għal ħidma bla waqfien tal-Partit Laburista, li tul din il-kampanja elettorali ma waqafx joħroġ proposti b’ruħ soċjali.