Fl-2016 Jamala kienet rebħet il-Eurovision Song Contest f’isem l-Ukrajna b’kanzunetta li titratta l-biża’ tal-poplu Ukren. F’kanzunetta li tibda b’mużika u lirika b’saħħitha, Jamala tirrakkonta l-istorja tal-familja tagħha, b’mod partikolari tan-nanna.
Fil-jiem li għaddew, il-kanzunetta ‘1944’ ġiet interpretata għal darb’oħra minn Jamala waqt il-finali tal-Ġermanja u tar-Rumanija. Jamala bil-bandiera tal-Ukrajna f’idejha u emozzjonata, kantat din il-kanzunetta b’sinifikat differenti minn kif forsi nterpretata fl-2016 meta rebħet il-Eurovision Song Contest fi Svezja.
Segwi hawn lil Jamala tkanta fil-Ġermanja: