In-numru ta’ refuġjati li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna dalwaqt jaqbeż il-1.5 miljun ruħ. Din il-kriżi tar-refuġjati li qed jitilqu mill-pajjiż u jsibu kenn fl-Ewropa b’daqsekk ritmu mgħaġġel dehret l-aħħar fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Madwar 1.3 miljun ruħ diġà ħarbu minn djarhom minn mindu bdiet l-invażjoni.
Skont il-President tal-Polonja, qed jingħad li l-Polonja ħadet aktar minn nofs ir-refuġjati kollha s’issa.
Sa issa ħamsa u tmenin miljun sterlina inġabru f’jumejn mir-Renju Unit biex jgħinu lill-Ukreni.