Miexi ġmielu x-xogħol fuq il-bandli tal-Imdina, li qiegħed jiġi riġenerat b’investiment ta’ €1.4 miljun.
Hawn ġew maqlugħa l-bandli antiki, u bħalissa għaddejjin xogħolijiet ta’ skavar u pavimentar fost l-oħrajn, u l-bankijiet li kien hawn f’dan il-bandli ttieħdu f’ġonna oħra hekk kif kien suġġerit mill-Kunsill Lokali tal-Imdina.
Fi żjara fuq is-sit, il-Ministru għall-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, Ian Borg sostna kif dan il-post huwa sinonimu ma’ familji Maltin, u għalhekk il-Gvern ħa d-deċiżjoni sabiex dan il-post ikun wieħed aktar sigur.
Hawn huwa nnota kif fl-aħħar snin, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq diversi proġetti fil-komunitajiet, u anke fuq livell nazzjonali bħal m’huwa l-Park Nazzjonali, liema proġetti sarrfu f’aktar spazji miftuħa għall-familji Maltin.