Ir-residenti fil-belt ta’ Mariupol fl-Ukrajna li tinsab qrib il-fruntiera mar-Russja għandhom jiġu evakwati hekk kif hemm periklu kbir li r-Russi se jaħtfu l-belt f’idejhom u jeqirduha.
Is-Sindku ta’ Mariupol qal li s-suldati kellhom jieqfu milli jiddefendu l-attakki kontra r-Russi minħabba li r-residenti kellhom jevakwaw għaliex kważi kull binja hija meqruda.
Mariupol iffaċċjat jiem twal ta’ attakki bla waqfien u r-residenti tħallew mingħajr dawl u ilma wara li missili Russi laqtu power station.
Is-Sindku qal li l-ewwel prijorità kienet u tibqa’ li jipproteġu n-nies.
B’kollox, l-Ukrajna qed tippjana li madwar mitejn elf persuna għandha tiġi evakwata u se jintuża t-trasport pubbliku.
Il-President Volodymyr Zelenskyy qal li dawk li jistgħu għandhom ikomplu jiġġieldu.
Il-kunsill tal-belt ta’ Mariupol wissa li l-forzi Russi mhux qed jieqfu milli jiġġieldu.