Dalgħodu fil-qalba ta’ Ħal Qormi, l-amministazzjoni tal-Partit Laburista flimkien mal-kandidati tal-Partit Laburista tas-sitt distrett, żaru l-monti fejn tkellmu man-nies tal-lokalità.
Hawn komplew imexxu l-messaġġ tal-Partit Laburista, dak ta’ Malta Flimkien.
Huma ntlaqgħu ferm tajjeb mill-Qriema, li kienu entużjasti biex jitkellmu mal-amministrazzjoni fosthom il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi u l-kandidati dwar l-proposti u l-għażliet għall-futur li qed iressaq il-Partit Laburista.
F’Ħal Qormi spikkaw ukoll ringrazzjamenti għax-xogħol tal-Partit Laburista tul din il-kampanja elettorali, u għal aktar impenn li se jagħmel differenza pożittiva fil-ħajja tal-Maltin u Għawdxin.