Malta 4-23 Franza
(0-7) (2-4) (1-7) (1-5)
It-team nazzjonali malti tal-waterpolo tan-Nisa beda l-impenji tiegħu fil-kwalifikazzjoni għall-kampjonat ewropew b’telfa ta’ 23 ghal 4 kontra Franza. Kif jixhed ir-rizultat it-team franċiz kien wisq b’saħħtu ħhall-plejers zagħzagħ tagħna.
Franza rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 7-0. Fit-tieni sessjoni il-maltin offrew reazzjoni, bil-franċizi joħorġu għal darb’ħhra rebbieħa din id-darba 4-2. Iz-zewġ goals tal-maltin waslu minn Kaia Agius and Martha Perici Ferrante.
Franza rebħu t-tielet sessjoni 7-1, b’ Perici Ferrante terġa’ tiskorja għat-team malti.
L-aħħar sessjoni għalqet 5-1 favur Franza, bl-iskorer għal Malta terga’ tkun Martha Perici Ferrante.
It-team malti jergġ’ jkun impenjat is-sibt filgaħxija kontra l-Portugal fil-pixxina nazzjonali Tal-Qroqq. Intant il-Portugal, fl-ewwel logħba tagħom il-Ġimgha filgħaxija għelbu lil Izrael bl-iskor ta’ 15-5.