Fl-4 t’April, jibda Liquorish. Dan ifisser li bħal-lum xahar, ONE jibda jxandar l-akbar reality-show fuq it-televiżjoni lokali. Għal sena oħra, minn April sa’ Lulju, Andrea Cassar tmexxi dan il-programm mimli avventura u realta’ diffiċli ta’ kif il-parteċipanti magħżula jirnexxielhom jgħixu f’pajjiż remot ħafna ‘l bogħod minn xtutna.
F’sena oħra u f’ċirkustanzi ta’ pandemija, ħafna kienu qed jistaqsu jekk il-ġbid ta’ dan il-programm kinx ser ikun possibli għall-iskeda ta’ din is-sena, iżda t-tim tal-produzzjoni għelbu kull sfida sabiex mit-Tnejn 4 t’April, fit-8:35 ta’ filgħaxija, s-segwaċi ta’ ONE jgħixu din l-esperjenza flimkien mal-parteċipanti, f’produzzjoni televiżiva mill-aqwa
Aktar informazzjoni dwar Liquorish 2022, fil-jiem li ġejjin.