Żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Marsa baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li darab b’mod gravi raġel ieħor b’sikkina waqt argument.
Fil-Qorti quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, iż-żagħżugħ wieġeb mhux ħati.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif f’dan il-każ indarab raġel ta’ 28 sena, fejn kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura.
L-imputat ukoll kellu jittieħed f’Ċentru tas-Saħħa minħabba li rrapporta li huwa sofra xi ġrieħi waqt dan l-argument.
Iż-żewġt irġiel ġarrbu ġrieħi ħfief.
Fl-awla l-Ispettur spjegat kif l-argument qam wara xi messaġġ li ntbagħat, fejn allegatament persuna riedet tħallas il-flus sabiex imur ma’ tfajla.
L-Avukat Difensur qal li f’dan il-każ, il-vittma huwa l-imputat hekk kif kien ir-raġel ta’ 28 sena li mar jikkonfrontah l-ewwel.