Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech irid iħott il-liġi tal-kera għall-proprjetajiet mikrija ta’ qabel l-1995.
Dan wara li Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela ħareġ b’soluzzjoni f’din is-sitwazzjoni, li kienet se tħalli familji, speċjalment anzjani bla saqaf fuq rashom.
Dan hekk kif skont il-programm elettorali tal-partit ta’ Bernard Grech, wegħda numru tnejn u għoxrin se twaqqaf l-għoti tas-sussidju għal min jikkwalifika fi żmien tliet snin.
Dan ġie rimarkat mill-Ministru Roderick Galdes waqt dibattitu mad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg fuq ix-xandir Nazzjonali.
Qal, “Il-proposta numru 22, fejn qed jgħidu s-sussidju tal-liġi tal-kera ta’ qabel l-1995, li huwa wieħed, li huwa wieħed, fejn il-Gvern jagħtih sa €10,000 biex anzjani li ħa jkollhom il-kurja aġġustata wara l-Bord tal-Kera, il-Gvern ittihom kważi kważi 95%, jekk mhux aktar tas-sussidju. Dak ħa jiġi tapered, aqraha Claudette, aqrahilhom in-nies ħalli tara x’qed jgħidu. Jiġi tapered u b’mod temporanju għal tliet snin. Wara tliet snin dawk l-anzjani jispiċċaw barra t-triq.”
Hawnhekk id-Deputat Nazzjonalista bdiet taqra minn fuq il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista, iżda l-Ministru Galdes innota kif il-wegħda tal-Partit Nazzjonalista se taġġusta ’l isfel is-sussidju li qed jagħti bħalissa l-Gvern għal għomor l-inkwilin u li Bernard Grech se jtih għal tliet snin u wara trid terfa’ waħdek il-piż tal-kirja.
Evidentament Claudette Buttigieg inqabdet tħawwad spiċċat iddur żugraga mal-wegħda tal-Partit Nazzjonalista, li mhijiex studjata.
Il-Ministru Galdes kompla jistaqsi lid-Deputat Nazzjonalista biex tispjega dwar il-wegħda li tispiċċa tiżgombra l-anzjani minn djarhom.
F’dan id-dibattitu ta’ għoxrin minuta kompliet toħroġ in-nuqqas ta’ għarfien fil-Partit ta’ Bernard Grech dwar il-wegħdiet li qed joħroġ u dan mingħajr costings.