Shaibu Mohamad, Niġerjan li daħħal f’Malta tliet kilogrammi kannabis ġie kkunadannat disa’ snin ħabs u mmultat għoxrin elf ewro.
Il-każ imur lura għal Diċembru tal-2018 meta l-akkużat, li kellu 21 sena daħħal tliet pakketti ġo ġakketta tal-jeans permezz ta’ titjira minn Ruma lejn Malta.
Wara li l-uffiċjali tad-Dwana ġiehom suspett fl-akkużat infurmaw lill-Pulizija li arrestatu u sabulu l-kannabis b’purità ta’ għoxrin fil-mija.
Mal-qari tas-sentenza, in-Niġerjan infaqa’ jibki minħabba l-familja, bl-Imħallef Aaron Bugeja jgħidlu li missu ma darx għat-traffikar tad-droga.