Fl-aħħar sigħat, fiequ tmienja u tmenin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew mija sitta u għoxrin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ seba’ mija u erbgħa u sebgħin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mitejn, u tlieta u erbgħin elf, disa’ mija u tlieta u sebgħin doża tal-vaċċin, li minnhom tliet mija, tlieta u erbgħin elf, seba’ mija u erbgħa kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm tlieta u erbgħin persuna l-Isptar Mater Dei li huma infettati bil-Covid-19, li tlieta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, raġel ta’ erbgħa u sittin sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.