Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ngħata merħba mill-isbaħ f’Ħaż Żebbuġ, hekk kif in-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu qatgħu maż-Żebbuġin.
Waqt żjara li għamel fil-Pjazza ta’ Ħaż Żebbuġ u s-suq ta’ Ħaż Żebbuġ il-Ħamis filgħodu l-Prim Ministru kellhu l-opportunita’ li jitkellem man-nies preżenti. Min-naħa tagħhom dawn urew is-sodisfazzjon tagħhom għal proposti mħabbra sa’ issa mill-Partit Laburista. Bl-akbar proposta li fuqha jkunu t-tnaqqis fit-taxxi, iż-żieda fil-pensjonijiet u l-proposta li permezz tagħha se jiġu nvestiti seba’ mitt miljun fi spazji miftuħa.
Ma naqsux wkoll il-bosta ritratti mall-Prim Ministru min-nies preżenti.
L-anzjani preżenti rringrazzjaw lill-Prim Ministru għaż-żidiet fil-pensjonijiet fl-aħħar snin iżda wkoll għaż-żidiet futuri jekk Gvern Laburista jingħata l-fiduċja.
Anzjan partikolari waqaf jirringrazzja lill-Prim Ministru għall-iskema li permezz tagħha l-anzjani ħadu laptop u internet b’xejn.
Fuq wiċċ il-bejjiegħa tal-monti wkoll deher is-sodisfazzjon, bit-tema ewlenija tkun it-tkabbir ekonomiku li ssarraf f’iżjed ġid għal Maltin u Għawdxin.
Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista wkoll sab ħin biex jpoġġi bilqiegħda u jieħu kafe’ maż-Żebbuġin, ġest li ġie apprezzat ħafna minn dawk preżenti.