Mal-miljun Ukreni ħarbu minn pajjiżhom fl-aħħar ġimgħa mindu r-Russi invadew l-Ukrajna.
Ħabbret din il-figura n-Nazzjonijiet Magħquda, fejn saħqet li l-maġġoranza tan-nies sabu refuġju f’pajjiżi ġirieni.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Polona huwa l-aktar pajjżi li laqa’ fih refuġjati Ukreni, fil-fatt aktar minn nofs miljun persuna ħarbu lejn il-Polonja fl-aħħar tmint ijiem.
Din hija l-istatistika skont in-Nazzjonijiet Magħquda:
- Il-Polonja: 505,582
- L-Ungerija: 139,686
- Il-Moldova: 97,827
- L-Islovakkja: 72,200
- Ir-Rumanija: 51,261
- Ir-Russja: 47,800
- Il-Belarussja: 357
Dan filwaqt li aktar minn 88,000 persuna oħra sabu refuġju f’pajjiżi Ewropej oħra.