L-atleti mir-Russja u mill-Belarus se jkunu jistgħu jikkompetu fil-logħob Paralimpiku f’Beijing bħala newtrali.
Dan tħabbar l-erbgħa mill-Kumitat Paralimpiku Internazzjonali wara l-iżviluppi li seħħew din il-gimgħa bl-invażjoni russa fl-Ukrajna. L-atleti russi u belarussi se jikkompetu taħt il-bandiera olimpika u mhux se jkunu inklużi fil-klassifika tal-midalji. Ir-Russja se jkollha 71 atleta filwaqt li 12 -il atleta huma mill-Belarus. Dawn issa se jikkompetu bħala atleti newtrali.
Il-Logħob Paralimpiku se jibda fi tmiem din il-ġimgħa f’Beijing ic-Cina.