Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, raġel ta’ 25 sena minn Wied il-Għajn nżamm arrestat wara li kien akkużat li weġġa’ gravi lil ħuh fi ġlieda u li hedded lill-membri tal-Korp tal-pulizija, waqt li kienu qed jarrestawh.
Fil-Qorti ntqal li l-aħwa kienu jgħixu fuq xulxin fl-istess blokka ta’ flats u li l-inċident seħħ wara ġlieda bejn il-qraba.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-Avukat Daniel Attard, li deher għaż-żagħżugħ għarraf lill-Qorti li l-klijent tiegħu kien qed iwieġeb mhux ħati u talab il-ħelsien mill-arrest.
Madankollu l-Qorti ċaħdet it-talba u talbet biex ix-xhieda tixhed mill-aktar fis.