Żagħżugħ ta’ 23 sena kien akkużat fil-Qorti li fil-21 ta’ Diċembru 2020, fil-Birgu, saq b’mod traskurat u perikoluż, u li kien taħt l-influwenza tax-xorb, filwaqt li baqa tiela’ fuq roundabout.
Il-Maġistrat Victor Axiaq saħaq li minħabba li l-pulizija ma nfurmawx lill-akkużat bid-drittijiet fundamentali tiegħu, fosthom id-dritt ta’ avukat waqt l-interrogazzjoni u li jista’ ma jitkellimx, u minħabba li ma kienx hemm biżżejjed provi, iż-żagħżugħ inħeles mill-akkużi kollha kontrih.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għaż-żagħzugħ dehru l-avukati Dr Bryony Bartolo u Dr Veronica Anne Spiteri.