Il-militar Ukren qal li truppi Russi attakkaw u għandhom taħt kontroll it-tieni l-ikbar belt fl-Ukrajna, Kharkiv.
In-Nazzjonijiet Magħquda qalu li minn tal-inqas mija u sitta u tletin persuna innoċenti mietu mindu bdiet l-invażjoni Russa fl-Ukrajna l-Ħamis li għadda.
Fost il-vittmi hemm tlettax-il tifel u tifla.
Ċifri mill-Gvern Ukren juru traġedji ferm ikbar, hekk kif qed jingħad li mietu aktar minn tliet mija u ħamsin persuna u ndarbu aktar minn elf u sitt mija oħra.
Intant, il-President Amerikan Joe Biden qal lill-Kungress li Vladimir Putin kellu idea żbaljata għall-aħħar ta’ kif il-Punent kien se jwieġeb ġaldarba jinvadi lill-Ukrajna.
Fid-diskors tiegħu, Biden wiegħed determinazzjoni bla preċedent biex il-libertà tirbaħ fuq it-tirannija.