Il-kanzunetta tal-Ukrajna sparat ‘l fuq u tinsab fl-ewwel post mad-djar tal-imħatri biex tirbaħ il-Eurovison Song Contest ta’ Mejju li ġej. Sa ftit tal-jiem ilu, t-Taljani kienu l-aktar favoriti.
Ħafna qed jattribwixxu dan il-fatt, għall-kunflitt li għaddej bħalissa bejn ir-Russja u l-Ukrajna. Ftit tal-jiem ilu, l-EBU, l-organiżżaturi tal-Eurovision Song Contest ħabbru li mhux ser jaċċettaw il-parteċipazzjoni Russa fil-festival ta’ Mejju li ġej.
Segwi hawn il-kanzunetta ‘Stefania’ li ser tirrapreżenta lil Ukrajna: