Bernard Grech spiċċa jittrateni u finalment baqa’ ma weġibx meta mistoqsi dwar il-‘costings’ tal-proposti tiegħu.
Mal-Maltatoday ma kienx kapaċi jwieġeb dwar kif ser jiffinanzja dak li qed iwiegħed u qal li l-proposti tiegħu mhux kwistjoni ta’ costings.
Ġurnalista: “The Nationalist Party, how has it costed all these proposals. Can you explain a bit how its’ going to be financed?”
Bernard Grech: “first of all it is not just a question of costings, it is a question of vision.”
Hekk kif baqa’ jkun magħfus bil-mistoqsijiet qal li ser ikun qed jippubblika dokument wara li issa sar magħruf li diġà biddel is-suppost programm elettorali tiegħu approvat mill-Kunsill Ġenerali u fih ma hemmx il-costings.
“Il-costings ukoll iva ħa jkunu qiegħdin jiġu mħabbra. Bla dubju mhux għax m’għandniex, mhux għax m’aħniex ippreparati imma rridu nkunu qiegħdin noħorġu dokument imbgħad kollox li jkun iktar ċar u iktar ermm… evidenti.”
Għalkemm Grech qed jgħid li l-costings saru, l-ebda mistoqsija dwar costings tal-wegħdiet tal-Partit Nazzjonalista m’huma qed ikunu mwieġba.
Il-ġurnalista tal-Maltatoday għalhekk staqsietu għat-tielet darba meta ġej bil-costings.
Ġurnalista: “The costing document.. just to go back to that very briefly. Can you tell us when it is going to be published?”
Bernard Grech: “Ser tkun, ser ikun qed jiġi ppublikat ftit tal-ġimgħat oħra qrib iżjed tad-data tal-elezzjoni.”