Illejla l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ltaqa’ man-nies u l-familji fil-Baħrija.
F’messaġġ li wassal lil dawk preżenti, il-Prim Ministru qal kif fis-26 ta’ Marzu l-poplu għandu għażla bejn il-passat u l-futur.
Qal kif il-poplu jista’ jagħżel il-proposti b’saħħithom tal-Partit Laburista li se jaraw investiment qawwi fosthom fl-ambjent, il-pensjonanti, iż-żgħażagħ, il-familji u anke n-negozji.
Il-Mexxej Laburista spejga kif kien Gvern Laburista li nvesta kemm felaħ fil-Maltin u l-Għawdxin.
Preżenti kien hemm ukoll il-Kandidati Laburisti fuq is-seba’ distrett.