Il-bord tad-dixxiplina tal-MFA ħabbar s-sospensjonijiet tiegħu wara l-logħob tat-tmiem il-ġimgħa fejn xejn anqas minn tmien plejers ġew sospiżi lobgħa kull wieħed.
Il-plejers sospiżi huma: Cain Attard ta’ Birkirkara, Ryan Camenzuli u Oualid El Hasni ta’ Floriana, Maxuell Maia ta’ Gzira U. Isaac Ntow ta’ Hamrun Spartans u Roderick Briffa u Clayton Failla ta’ Mosta.
Anke Claude Dielna ta’ Hamrun ġie sospiż lobgħa waħda wara li tkecca b’karta ħamra diretta fl-aħħar partita tal-Kampjonat kontra Hibernians.