Kompliet toħroġ fid-deher id-differenza bejn il-Partit Laburista li għandu pjan għall-futur sabiex imexxi lill-pajjiż, u l-Partit Nazzjonalista li lanqas jaf kemm se jiswew lill-pajjiż il-proposti tiegħu stess.
F’dibattitu politiku t-Tlieta filgħodu fuq TVAM, il-Kandidat Nazzjonalista Chris Micallef baqa’ jixhed kif il-Partit ta’ Bernard Grech qed iwiegħed, iżda għal dan m’għandux pjan u lanqas costings.
Clifton Grima: “Semmejt il-miżuri, kemm se jiswew dawn il-miżuri?”
Chris Micallef: “Kemm se jiswew tagħkom?”
Clifton Grima: “Qed ngħidlek, tal-istipendji se jiswew €37.5 miljun fuq medda ta’ ħames snin, tal-first time buyer ħa tiswa €57 miljun fuq l-ewwel ħames snin.”
Hawnhekk, il-preżentatur bl-aktar mod ċar staqsa lill-Kandidat Nazzjonalista jekk hemmx costings għal dawn il-proposti.
Iżda dan ukoll baqa’ bla tweġiba.
Preżentatur: “Kwantifikata din l-ispiża?”
Chris Micallef: “Il-kwantifikazzjoni se nkunu qed inressquha in due time.”
Quddiem Partit Nazzjonalista bla pjan, Il-Ministru Clifton Grima saħaq kif il-Partit Laburista huwa kredibbli għax dak li jwiegħed iwettqu.
Clifton Grima: “Il-kwistjoni ta’ kredibilità tiġi mill-fatt illi aħna hemm trackrecord illi meta ngħidu li se nagħmlu xi ħaġa, dik inwetquha.”
It-taħwid fil-kampanja elettorali fid-Dar Ċentrali kompla joħroġ fid-deher, meta fuq ix-xandir ġie nnutat kif il-manifest elettoralti tal-Partit Nazzjonalista diġà nbidel tliet darbiet, xi ħaġa li mhux biss qed jgħidha l-Partit Laburista imma qed jinnutaha kulħadd.
Preżentatur: “Il-proposti li għamiltu qed nara li mhux fissi, hemm ċaqliq fuq il-paġna.”
Clifton Grima: “Kemm il darba nbidel il-manifest tagħkom, fl-ewwel ġimgħa inbidel tliett darbiet u jekk terġgħu tistednuna bħal-lum ġimgħa ikun inbidel ħames darbiet jew sitta.”