Il-Komunità Ukrena f’Malta tesprimi l-apprezzament tagħha għall-appoġġ mill-Gvern u l-poplu Malti mal-Ukreni f’dan iż-żmien diffiċli.
Fil-fatt Id-delegazzjoni mmexxija minn Anna Syurma li hija assistent Konsulari fil-Konsulat tal-Ukrajna f’Malta iltaqgħet mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Evarist Bartolo.
Syurma rringrazzjat lill-Gvern Malti għall-għoti ta’ assistenza medika lill-poplu Ukren u ddiskutiet ukoll arranġamenti potenzjali għall-ivvjaġġar għal dawk l Ukreni li jkollhom bżonn jiġu f’pajjiżna.
Fil-messaġġ tiegħu l-Ministru Bartolo tenna li l-impenn tal-Gvern Malti huwa li ser ikompli jiddefendi l-interessi tal-poplu Ukren fil-fora internazzjonali.
Is-Sur John Debono, li huwa Ambaxxatur Mhux Residenti għall-Ukrajna ukoll attenda għal din il-laqgħa.