Ir-Russja se tkompli bl-operazzjoni militari tagħha fl-Ukrajna sakemm tilħaq l-għanijiet tagħha, saħaq dan il-Ministru għad-Difiża Russu.
Sergei Shoigu qal li l-għan ewlieni huwa li r-Russja tipproteġi lilha nnifisha mit-theddid tal-Punent. Huwa saħaq ukoll li r-Russja mhux qed tokkupa teritorju Ukren.
Fil-fatt il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Sergey Lavrov ġie kkowtat jgħid li r-Russja ma trid l-ebda bażi militari f’pajjiżi eks-Sovjetiċi.
Intant, kelliem għall-gvern Russu saħaq li s-sanzjonijiet li qed jimponu l-pajjiżi tal-Punent mhux se jbiddlu l-ħsieb tar-Russja.
Ara wkoll: 136 vittma ċivili fl-ewwel sitt ijiem tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna