Hekk kif fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet intlagħbet l-għoxrin ġurnata tal-Kampjonat Premier, Floriana irnexxilhom jaqbżu fl-ewwel post tal-klassifika wara li r-rneexxilhom jegħlbu lill-Gudja United 2 – 0 filwaqt li Hamrun Spartans żammew lill-Hibernians fid-draw ta’ mingħajr gowls.
Is-sibt wara nofsinhar Valletta r-ritornaw għar-rebħ meta għelbu lill-Sliema Wanderers 1 – 0 b’dawn tal-aħħar jkomplu jikkumplikaw s-sitwazzjoni diffiċli tagħhom. B’din ir-rebħa Valletta żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jilgħabu fic-Championship Pool.
Fl-aktar logħba mistennija tal-ġimgħa Hibernians id-diżżapuntaw meta kontra Ħamrun ma’ rnexxilhomx jirbħu meta lagħbu għal aktar min nofs il-partita b’plejer aktar. Hibernians saħansitra anke fallew penalty bil-konfront jintemm 0 – 0.
L-aħħar logħba tas-sibt laqgħet lil Floriana, li konxji mid-draw ta’ Hibernians, żiedu fl-sforzi tagħhom biex kontra t-tim organizzat bħal Gudja xorta irnexxilhom jieħdu l-massimu tal-punti f’rebħa ta’ 2 – 0.
Doċċ kiesħa għal Birkirkara meta ġew megħluba minn Santa Lucia 3 – 2 b’dawn tal-aħħar saħanistra kienu b’vantaġġ ta’ tlett gowls.
Balzan ukoll ir-ritornaw għar-rebħ meta din id-darba għelbu lil Sirens 2 – 1 bl-aħħar logħba toffri xalata ta’ gowls meta Mosta ġew minn wara biex għelbu lill-Gzira United 4 – 3 bit-tim Mosti saħanistra kien qed jitlef 3 – 1.
Ritratt: Floriana FC / Fredrick Zammit Photography