Fekruna żgħira, ilbieraħ ġiet salvata mill-bajja tar-Rinella wara li belgħet xlief.
ONE.COM.MT tkellem ma’ Vincent Attard li huwa l-kap eżekuttiv ta’ Nature Trust Malta fejn spjegalna li l-fekruna tkun inqabdet minn sunnara u meta s-sajjied jaqta’ x-xlief, il-fekruna tibilgħu u għalhekk jgħaddi mill-imsaren tagħha u jibqa’ mweħħel.
Huwa spjegalna li b’xorti tajba, l-persuna li sabet din il-fekruna ċkejkna ma ġibitx ix-xlief minn wara tal-fekruna u għalhekk għad hemm it-tama li ssalva.
Vincent stqarr li l-fekruna bħalissa hija dgħajfa u fraġli u għalhekk mhux se tkun qed tiġi operata immedjatament.
Il-fekruna ngħatat l-isem ta’ Giuliana u qed tingħata l-kura mill-veterinarju Anthony Gruppetta. Kien Karl li salvaha u ċempel lill-Nature Trust Malta għall-għajnuna.
F’każijiet ta’ emerġenza bħal dawn, il-pubbliku jista’ jċempel lin-Nature Trust Malta fuq 99999505.