F’komunikat kongunt it-Tnejn filghaxija, il-FIFA u l-UEFA habbru li qed jissospendu lit-timijiet nazzjonali tar-Russja flimkien mal-klabbs kollha tal-futbol russu mill-kompetizzjonijiet kollha taghhom. Dan ifisser li b’effett immedjat l-ebda team nazzjonali jew klabb russu ma jista’ jiehu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-futbol internazzjonali jew kompetizzjonijiet ewropej.
B’din id-decizjoni ir-Russja huma eskluzi mit-Tazza tad-Dinja li se ssir aktar tard din is-sena fil-Qatar.
Id-decizjoni tal-lejla tfisser ukoll li mhux se ssir il-loghba li t-team nazzjonali malti U21 kien se jilghab kontra dak russu mill-kwalifikazzjoni UEFA fil-25 ta’ Marzu li gej. Imhassra wkoll il-loghba li t-team nazzjonali malti tan-nisa kien se jilghab kontra r-Russja fit-12 ta’ April mill-kwalifikazzjoni ghat-Tazza tad-Dinja.
Is-sospensjoni tal-FIFA u l-UEFA tizdied ma dik li ha llum ukoll il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u li permezz taghha l-ebda atleta mir-Russja jew mill-Belarus ma jista’ jippartecipa f’kompetizzjonijiet internazzjonali.