Dillon Cassar u Roberta Schembri huma c-champions nazzjonali tal-5km meta rebhu l-kampjonat organizzat minn Athletics Malta fil-park industrijali f’Ħal Far.
Aktar minn 100 atleta hadu sehem f’dan il-kampjonat u li ghall-ewwel darba gie certifikat minn World Athletics. Dan bhala parti mill-hidma li qed taghmel Athletics Malta biex dejjem izzid il-livell tal-kompetizzjonijiet taghha.
Dillon Cassar (Mellieħa AC) ikkonferma l-potenzjal tieghu fuq id-distanza. Huwa dahal l-ewwel f’hin ta’ 15-il minuta 05 sekondi. Cassar kien segwiet fl-ordni minn Luke Micallef (Pembroke Athleta) u Simon Spiteri (St Patrick’s).
Fil-kategorija tan-Nisa ir-rebbieha kienet Roberta Schembri (Evolve Endurance Club) li ghamlet hin ta’ 17-il minuta 30sekonda. Hija kienet segwieta minn Lisa Marie Bezzina (Pembroke) u Rachel Lee Borg (Pembroke).
Intant il-qofol tat-tlielaq fit-triq jintlahaq nhar il-Hadd 6 ta’ Marzu meta se ssir il-Maratona u n-Nofs Maratona organizzati minn SportMalta.