It-Tnejn filgħaxija l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ltaqa’ man-nies u l-familji f’Tal-Pietà.
Huwa ngħata merħba sabiħa minn dawk preżenti li kienu bil-bosta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’messaġġ li wassal lil dawk preżenti, il-Prim Ministru qal kif fis-26 ta’ Marzu l-poplu għandu għażla bejn il-passat u l-futur.
Il-Prim Ministru qal lill-Partit Laburista hu l-futur għall-bosta raġunijiet fosthom biex Malta tkun isbaħ bi spazji miftuħa.
Il-Prim Ministru tkellem ukoll fuq il-proposti li ppreżenta dalgħodu għall-familji u t-tfal.