Imwieled f’Tas-Sliema, fl-1948, bħal-lum, 28 ta’ Frar ta’ 74 sena ilu, twieled Dr Alfred Sant. Dr Sant mexxa lill-Partit Laburista mill-1992 sal-2008. Serva bħala Prim Ministru ta’ Pajjiżna wara li rebaħ l-Elezzjoni Ġenerali tal-1996 u preżentament huwa Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Laburista.
Politiku u awtur maħbub minn bosta. Kiteb diversi ‘plays‘, fosthom dik tal-1994 Fid-dell tal-Katidral u n-novella; La Bidu, La Tmiem. Tul il-ġurnata, ħafna huma dawk li qed jawguraw pubblikament lil Dr Sant f’jum għeluq sninu, permezz tal-midja soċjali.