Imħejji l-post fil-Belarus li fih illum se jsiru t-taħditiet bejn id-delegazzjonijiet Ukreni u Russi.
Fil-fatt, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Belarus ippubblika ritratt tal-mejda bil-bnadar taż-żewġ naħat.
L-Ukrajna qablet li tibgħat diplomatiċi f’post viċin il-frunitiera mal-Belarus.
Din il-laqgħa se ssir fil-ħames jum tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, bit-tama li jkun hemm qbil bejn iż-żewġ naħat għal waqfien mill-ġlied. Madanakollu, l-Ukrajna mhux se ċċedi għall-pressjoni, filwaqt li l-President Ukren għandu ftit li xejn tama li l-laqgħa tal-lum se tħalli l-frott mixtieq.
Zelensky saħaq li bħla dejjem, ma jemminx verament fl-eżitu tal-laqgħa li mistennija ssir aktar tard.
Ara wkoll: Il-President Ukren jgħid li l-24 siegħa li ġejjin huma kruċjali għall-Ukrajna