Ftit mumenti qabel ir-Rally Team Malta nħass entużjażmu għall-ewwel proposti li tħabbru s’issa mill-Partit Laburista għall-futur ta’ pajjiżna.
Huma stqarru hekk:
“Proposti tajbin hu.”
“Tajjeb ħafna, ħaseb fiż-żgħar, fix-xjuħ, f’kulħadd, negozjanti kollha.”
“Tista’ tgħid li kollha laqtuni.”
“Il-proposti kollha tajbin, laqtu lil kulħadd, laqat lil poplu Malti kollu, mill-kbir saż-żgħir.”
Fost l-aktar proposti li niżlu tajjeb ferm mill-pubbliku ġenerali kien hemm dik li ser tara żieda fl-isipendju bi ħmistax fil-mija għall-istudenti kollha u l-għoti ta’ €10,000 f’għaxar snin għal dawk li jixtru b’self l-ewwel propjetà tagħhom.
Filfatt huma qalulna hekk:
“Tal-istipendju naħseb li konna qed nistennewha għax il-Gvern dejjem żidulna u żidulna b’ħafna.”
“Dik li għandha x’taqsam maż-żgħażagħ, li ħa jtihom elf ewro.”
“Però l-aktar waħda li laqtitni dik speċjalment għal dawn iż-żgħażagħ illi huma first-time buyers se jgħinhom ħafna.”
“Taż-żgħażagħ għax għandi lit-tifel tiegħi l-Università u tista’ tgħid li kollox laqatni.”
“Jien għalija bħala żagħżugħ naħseb l-aktar proposta li laqtitni kienet tal-ħmistax fil-mija żieda fl-istipendju, naħseb li għaż-żgħażagħ ħa tagħmel effett kbir.”
Iż-żieda proposta ta’ €15 fil-ġimgħa għall-pensjonanti wkoll irċeviet tifħir iżda anki l-ambjent huwa prijorità.
Il–folla rrimarkat:
“Li żiedni. Proset ħafna.”
“Jiena pensjonant u li għamel għal pensjonanti għalija tajjeb imma hemm ħafna xi tgħid.”
“L-ambjent tajjeb ħafna, għandna bżonn naqra ambjent.”
“L-iktar waħda tal-anzjani għax jien anzjana ovvja. Kollha tajbin imma.”
“Speċjalment għall-anzjani, ir-romol u lil kulħadd.”
“Jiena naħseb li huma tajbin ħafna, lil kulħadd laqat u qed jolqot aktar żgħażagħ, xjuħ. Issa jiena pensjonanta jiġifieri dejjem qed tiżdiedli l-pensjoni.”
Dan kollu ser ikun qed jgħaqqad ma’ proposti oħra li mistennija jitħabbru fil-jiem li ġejjin bħala parti mill-viżjoni li l-Partit Laburista għandu għal pajjiżna bl-għajta Malta Flimkien.