L-Uffiċċju tal-President Ukren Volodymyr Zelenskyy qal kif se jkunu qed jibdew in-negozjati għal waqfien mill-ġlied.
Skont l-Uffiċċju tal-Gvern Ukren qal li t-taħditiet se jsiru fuq il-fruntiera bejn l-Ukrajna u l-Belarus.
Dan wara li r-Russi riedu li dawn in-negozjati jsiru fil-Belarus, alleat tal-Gvern Russu, iżda l-Gvern Ukren ma qabilx għaliex argumenta li ma jistax imur jiddiskuti f’pajjiż minn fejn ir-Russja wkoll għamlet invażjoni.
Dan l-iżvilupp wasal wara li l-President Russu Vladimir Putin qal poġġa l-armamenti nukleari fuq alert.
Il-gwerra bejn iż-żewġ pajjiżi bdiet il-Ħamis li għadda, meta l-armata Russa bdiet l-invażjoni fuq l-Ukrajna.