Żewġt irġiel mill-Ġorġja ta’ 38 u 45 sena nżammu arrestati wara li aktar kmieni l-Ħadd ġew mixlija b’rabta ma’ sensiela ta’ serq mid-djar.
L-irġiel ġew arrestati mill-Pulizija tad-Dipartiment tar-Reati Maġġuri b’rabta ta’ madwar 15-il serqa f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż.
Fis-serqiet insterqu diversi oġġetti fosthom ġojjelli, fwieħa u flus kontanti.
Huma kienu arrestati f’residenza f’Ħaż-Żabbar, il-Ġimgħa waranofsinhar u hu mifhum li jiffurmaw parti minn allegat ċirku ta’ kriminalità organizzata internazzjonali.
Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli huma wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
AQRA UKOLL: