Il-biljunarju Russu Roman Abramovich telaq mit-tmexxija tal-klabb Ingliż ta’ Chelsea, wara kważi 20 sena f’dan l-irwol.
Dan intqal fi stqarrija minn Abramovich, fejn qal li dan qed jagħmlu fl-aħħar interess tal-klabb Ingliż.
Dan minħabba l-aħħar żviluppi li qed jiġri fl-Ukrajna.
Intqal li l-klabb issa se jkun qed jitmexxa mill-fondazzjoni tal-karità tal-klabb Ingliż.
Taħt it-tmexxija ta’ Abramovich, it-tim ta’ Chelsea rnexxielu jirbaħ kull trofew possibbli, hekk kif riċentament rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs u l-UEFA Champions League.