Ġimgħa wara li l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se jmur quddiem il-poplu biex jagħżel bejn min irid jieħu l-pajjiż fil-passat u min irid jieħu lil pajjiżna għal future isbaħ bl-għajta Malta Flimkien, il-Partit Laburista se jorganizza r-Rally TEAM MALTA.
Dan ir-rally se jsir fit-Trade Fair Grounds, in-Naxxar, bil-qofol se jkun id-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela.
Ir-Rally qed jiġi organizzat b’responsabilità u wieħed għandu jirreġistra post.
Wara ġimgħa pożittiva f’kampanja elettorali u ġurnata qabel dan ir-rally, tkellimna mal-President tal-Partit Laburista Ramona Attard, li qalet kif din l-attività se tkun qed tagħlaq l-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali.
Ġimgħa fejn il-Partit Laburista beda jippreżenta l-proposti pożittivi għal futur sabiħ ta’ pajjiżna.
Il-President tal-Partit Laburista qalet magħna kif kull nhar ta’ Ħadd, se jkun hemm attivitajiet differenti.
Qalet, “Mhux kull Ħadd se jkun l-istess, jiġifieri kull Ħadd se jkun differenti. Allura kull Ħadd se jkun differenti. Għalhekk minn ser jitlef nhar il-Ħadd li ġej, ma jistax jgħid issa niġi l-Ħadd ta’ wara għax il-kunċent se jkun differenti. Din il-kampanja elettorali se tkun waħda dinamika, hija waħda flessibli, hija waħda li tikkunsidra ċ-ċirkonstanzi li qegħdin fihom, imma hija waħda wara kollox li tippromovi l-messaġġ ta’ għaqda u nieħdu pjaċir li aħna Maltin ilkoll flimkien u nisimgħu l-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela.”
Qabel id-diskors tal-Prim Ministru se jittella’ spettaklu interessanti fin-Naxxar, bi Clint Bajada jisħaq li mhux ta’ min jitilfu.
Qal, “Għandna setup sabiħ ħafna u nħeġġu lil dawk li qed iseguwna, b’mod partikolari dawk żgħażagħ sabiex ma jħallux għall-aħħar u jibbukkjaw online jew fuq in-numri tat-telefon sabiex għada tkunu magħna mit-tlieta u nofs, l-erbgħa ta’ wara nofsinhar ’il quddiem għal messaġġ importanti u spettaklu mill-isbaħ.”
Wieħed jista’ jirreġistra għal din l-attività fuq partitlaburista.org jew inkella billi jċempel fuq 20901751.