Il-President Russu Vladimir Putin indirizza lis-suldati Ukreni u qalilhom biex iduru kontra l-Gvern Ukren.
Meta kien qed jindirizza Kunsill tas-Sigurtà tar-Russja, Putin qal li huwa iktar faċli li jitkellem mas-suldati Ukreni milli ma dawk li ddeskriva bħala Neo-Nażisti fil-Gvern Ukren.
Il-President Ukren Volodymr Zelensky baqa’ jappella biex in-nies ta’ Kyiv jiddefendu l-kapitali u qassam mat-18,000 arma tan-nar f’idejn in-nies.
Fil-fatt ritratti wrew persuni b’armi tan-nar fit-toroq fil-qalba ta’ Kyiv.
Fl-aħħar ħin baqgħu jinstemgħu s-sireni anki fil-pjazza prinċipali f’Kyiv, Maidan Nezalezhnosti.
Suldati Ukreni qed jidhru fiċ-ċentru tal-belt biex jiddefendu l-kapitali filwaqt li ħafna nies qed jaħarbu b’ta’ fuq senduqhom anki fuq ferroviji.
Maġenb il-fruntiera mal-Ungerija ħafna Ukreni qed jaqsmu u jaħarbu minn pajjiżhom filwaqt li l-Polonja qalet li qed tħejji għall-influss qawwi ta’ refuġjati Ukreni.
Intqal li mal-mitejn ċittadin Ukren inqatlu filwaqt li informazzjoni mill-intelliġenza Ingliża wriet li nqatlu mal-450 suldat Russu għalkemm il-Ministeru għad-Difiża Ukren qed jisħaq li nqatlu mad-doppju ta’ suldati Russi.
Kelliem għall-Ministeru għad-Difiża tar-Renju Unit qal li ħafna mill-qawwiet Russu jinsabu sa ħamsin kilometru miċ-ċentru ta’ Kyiv.