Is-Santa Sede ħarġet il-programm uffiċjali taż-żjara tal-Papa fit-tnejn u t-tlieta t’April li ġej.
Il-Papa Franġisku se jkun qed jasal f’pajjiżna s-Sibt tnejn t’April fl-għaxra ta’ filgħodu.
Huwa se jkun qed imur l-ewwel fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta, fejn hawnhekk se jkun qed jiltaqa’ mal-President Malti George Vella u l-Prim Ministru ta’ Malta.
Hawnhekk il-Papa Franġisku se jkun qed jindirizza l-awtoritajiet u l-korp diplomatiku.
Minn hemm se jmur lejn il-gżira Għawdxija, permezz ta’ vjaġġ bil-baħar bil-katamaran mill-Port il-Kbir.
F’Għawdex se jkun qed jagħmel laqgħa ta’ talb quddiem is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu.
Imbagħad il-Ħadd filgħodu, se jmur fil-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat, waqt li aktar tard fl-għaxra u kwart ta’ filgħodu se jkun qed iqaddes il-quddies tal-Ħadd minn fuq il-Fosos tal-Floriana.
Hawnhekk se jkun qed jgħid l-Anġelus.
Il-Papa għandu wkoll laqgħa mal-immigranti fiċ-Ċentru tal-Laboratorju tal-Paċi.
Il-Papa se jkun qed iħalli pajjiżna l-Ħadd 3 t’April fis-sitta u kwart ta’ filgħaxija.
Din se tkun ir-raba’ żjara tal-Kap tal-Knisja Kattolika f’pajjiżna, wara żewġ żjarat mill-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni fl-1990 u fl-2001 u s-suċċessur tiegħu l-Papa Benedittu XVI żar pajjiżna fl-2010.
Din iż-żjara tal-Papa f’pajjiżna tħabbret fil-festa tas-San Pawl min-Nunzju Appostoliku.
Dan wara li sentejn ilu, iż-żjara tal-Papa Franġisku ġiet posposta minħabba l-imxija.