Għal jum ieħor l-Ukreni niżlu fl-istazzjonijiet tal-metro taħt l-art biex isibu kenn mill-attakki militari Russi fuq il-pajjiż.
Dawn l-istazzjonijiet baqgħu miftuħa matul il-lejl biex iservu ta’ xelters għall-bombi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ritratti juru ammont kbir ta’ familji inkluż anzjani u trabi.
Huma qattgħu il-lejl taħt l-art mdawrin b’kutri u ħwejjeġ ħoxnin u boroż madwarhom bl-affarijiet personali tagħhom.