Wayne Caruana ta’ 34 sena residenti ż-Żejtun, inżamm taħt arrest wara li dagħlodu tressaq il-Qorti akkużat li f’lejlet l-ewwel tas-sena għamel hold up b’arma li taqta’ bil-ponta f’ħanut fiż-Żejtun.
Huwa qed ikun akkużat li seraq €350 mill-cash register tal-Convenience Shop u li żamm bil-forża erba’ persuni, li kellu arma li taqta’ bil-ponta u li hu reċidiv.
F’filmati tas-CCTV kamera li kiseb Onenews juri li għall-ħabta tat-8:30 tas-Sibt filgħaxija allegatament Caruana daħal fil-Convenience Shop mgħammad u armat b’ sikkina tal-kċina fejn hedded waħda miż-żewġ kaxxiera tal-ħanut biex tagħtih il-flus li kellha. Dak il-ħin fil-ħanut kien hemm żewġ persuni oħra, fosthom anżjana.
Il-filmati juru kif minkejja li l-kaxxiera rreżistitu, l-akkużat irnexxilu jaħrab minn fuq il-post ftit tal-ħin wara, wara li ġabar €350 mill-cash register.