Beppe Fenech Adami ddeċieda li jikkontesta fuq id-disa’ distrett wara t-tluq ta’ Kristy Debono wara diskussjonijiet li kellu mal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech.
Dan ikkonfermah il-kandidat Nazzjonalista John Baptist Camilleri waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista.
Din id-dikjarazzjoni minn Baptist Camilleri tkompli tikkonferma kif l-establishment tal-Partit Nazzjonalista qed ikompli jimponi l-politika u l-manuvri tiegħu fuq il-Kap Bernard Grech.
B’reazzjoni għal din id-deċiżjoni ta’ Beppe Fenech Adami, l-Erbgħa filgħodu rreaġixxa wkoll il-Partit Laburista li nnota kif it-tiġdid ta’ Bernard Grech ifisser li flok Kristy Debono jidħol Beppe Fenech Adami.
Hawn il-Partit Laburista rrimarka wkoll li l-aħħar sigħat reġgħu kienu konferma li Bernard Grech huwa l-wiċċ tal-passat.
Intant ONE News kompla jistaqsi lil Baptist dwar il-messaġġ ta’ Kristy Debono meta ħabbret li rtirat il-kandidatura tagħha fejn sostniet li hija ma temminx f’miżuri nofs sajran.
Ir-risposta ta’ Baptist, jekk xejn ikkonfermat il-firda li għadha tiddomina fid-Dar Ċentrali.