L-Unjoni Ewropea permezz tal-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta sanzjonijiet fuq ir-Russja wara l-invażjoni fl-Ukrajna.
F’messaġġ dalgħodu, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ħabbret li dawn is-sanzjonijiet fuq ir-Russja huma kbar.
Dawn is-sanzjonijiet se jitressqu quddiem il-mexxejja Ewropej waqt il-Kunsill Ewropew speċjali llejla.
F’dan il-messaġġ, von der Leyen qalet li dan il-pakkett se jkun qed jolqot setturi ekonomiċi Russi.
Qalet kif dawn se jkunu qed idgħajfu lill-ekonomija Russa.
Von der Leyen qalet kif dawn is-sanzjonijiet ser jinkludu wkoll l-iffriżar tal-assi Russi fl-Ewropa u anki se twaqqaf l-aċċess tal-banek Russi lejn is-suq Ewropew.
Il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet kif Vladimir Putin qed iġib il-gwerra lura lejn l-Ewropa u kkundannat dan l-att.