Bernard Grech giddeb lid-Deputat Nazzjonalista Mario Galea u qal li milli qal Mario Galea ma rriżultalu xejn.
Dan b’referenza għad-dikjarazzjonijiet tad-Deputat Nazzjonalista, li wara li rtira minn kandidat Nazzjonalista fl-ewwel jum tal-kampanja, stqarr li persuni qrib it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista għamlulu ħajtu nfern, tant li saħansitra għajruh bis-saħħa mentali tiegħu.
Meta staqsejna lil Bernard Grech dwar jekk indagax u ħa azzjoni dwar din id-dikjarazzjoni, Bernard Grech ipprova jevita l-mistoqsija, iżda meta induna li ma kellux għażla għajr iwieġeb huwa spiċċa jgiddeb lil Mario Galea.
Bernard Grech: “Nirringrazzjakom ħafna.”
Colin Deguara: “Dwar Mario Galea Dr. Grech?”
Bernard Grech: “Dwar Mario Galea. Dwar Mario Galea jien ma jirriżultali bl-ebda mod dak illi qed jgħid Mario Galea.”
Din il-mistoqsija dwar Mario Galea, lil Kap ħawditu sew tant li Bernard Grech spiċċa nesa lill-ġurnalista tiegħu stess u kien ser jagħlaq il-konferenza stampa mingħajr ma jħalliha tagħmillu mistoqsija.
Bernard Grech: “Jien nirringrazzjakom talli ingħaqadtu magħna. Heqq skużani Maria ma ndunajtx.”
Ġurnalista tan-Net: “Insellimlek Dr. Grech, Maria Francalanza min-Net TV.”