Joseph Casha ta’ 50 sena mis-Siġġiewi ammetta fuq serq minn vetturi.
Claire Satariano ta’ 46 sena minn Ħaż-Żebbuġ ukoll wieġeb ħatja talli fl-20 ta’ Frar flimkien ma’ Casha ippruvat tisraq minn karozza pparkjata.
Id-Difiża nnotat kif l-imputat wettaq dawn ir-reati minħabba dipendenza serja fuq l-eroina, minkejja li pprova jfittex l-għajnuna.
Din tal-aħħar issuġeriet biex il-Qorti tagħti ordni ta’ probation u ta’ trattament lill-imputat bħala l-aħħar ċans biex jegħleb id-dipendenza tiegħu.
Għaldaqstant il-Maġistrat Lanfranco ħarġet ordni ta’ probation u ta’ trattament għal tliet snin fil-konfront tal-imputat talli wera x-xewqa li jkompli jibdel ħajtu u jkompli jirċievi t-trattament.
Hawnhekk il-Maġistrat innotat kif għalkemm l-imputat kellu akkużi simili inqas minn sena ilu huwa xorta qed juri x-xewqa li jaqta’ din id-dipendenza u jkun raġel ġdid filwaqt li wissietu li jekk jerġa’ jagħmel reat simili ser jittieħdu passi serji kontrih.